Fl-isfond ta’ Palazzo Virtu għexieren ta’ tfal ta’ kull eta s-Sibt setgħu jidħlu f’dinja maġika tal-Medju Evu u qattgħu l-ħin tagħhom jilagħbu u jiddevertu waqt l-attivitajiet organizzati bħala parti minn Crickids Festival.
Iżda minbarra l-logħob u d-divertiment, l-organizzaturi ħadu ħsieb ukoll l-aspett edukattiv f’dinja li sfortunatament tilfet is-sempliċita’ tal-ħajja ta’ kuljum u bit-teknoloġija li ħakmet lit-tfal.
Kien għalhekk li matul l-istess attivita’ t-tfal setgħu jgawdu l-annimali, bl-għan li jitgħallmu jirrispettaw il-ħlejjaq li jdawruna.
Setgħu wkoll isajru u jpinġu fost attivitajiet oħra bl-għan li t-tfal jitgħallmu jużaw is-sensi kollha.
Attivitajiet ukoll għall-ġenituri, fost l-oħrajn permezz ta’ yoga, eżerċizzji u tagħlim għall-ġenituri ġodda u t-trabi tagħhom.
Dan filwaqt li l-ikel u x-xorb offrut intagħżel apposta bl-għan li tiġi offruta għażla vasta ta’ prodotti sani.
//= $special ?>

