It-tradiment u l-fedelta’ kienu t-temi ewlenin tal-omelija tal-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna, waqt il-funzjoni liturġika tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesu’ Kristu fil-Ġimgħa l-Kbira.
Fl-Omelija tiegħu, Mons Scicluna qal li hu faċli li wieħed jitkaża bl-Appostlu Pietru, li skont ir-rakkont tal-passjoni ċaħad lil Ġesu’ tliet darbiet. Iżda l-Arċisqof ipoġġi l-mistoqsija kemm-il darba quddiem għażliet li ġew quddiemna, għamilna bħal Pietru u ċħadna li aħna dixxipli ta’ Kristu?
Ġuda kien tradieh għall-flus, Pietru tradieh minħabba l-biża u l-poplu tradieh meta qal li m’għandux Sultan hlief Ċesri.
L-Arċisqof kompla li minbarra t-tradiment, tema ewlenija tar-rakkont tal-passjoni hi wkoll il-fedelta’, bħal dik li wrew Ġwanni u Marija li baqgħu ma’ Kristu sal-aħħar. Illum, bħal dak iż-żmien, il-poplu Nisrani għandu l-istess għażliet quddiemu.
Intant, illejla tkun ċelebrata l-funzjoni tal-Vġili tal-Għid, li tfakkar l-ikbar ġrajja tal-fidi nisranija, il-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
//= $special ?>