Internazzjonali Knisja

Papa Franġisku jgħid li dawk li jwettqu attakki ta’ terroriżmu qegħdin jipprofanaw isem Alla

Dawk li f’isem ir-reliġjon iwettqu attakki fundamentalisti jew ta’ terroriżmu qegħdin jipprofanaw isem Alla. Kien dan il-kliem iebes ta’ Papa Franġisku fi tmiem il-Via Crucis tradizzjonali li ssir f’Ruma nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Via Crucis li rat attendenza numeruża biswit il-Kollosew f’Ruma fejn spikkat ukoll sigurta’ aktar stretta mis-soltu.

Fid-diskors emozzjonali tiegħu Papa Franġisku għamel referrenza wkoll għall-Nsara li qegħdin ibgħatu ħruxijiet kbar fil-Lvant Nofsani fejn talab għal dawk maqtula, maħruqa ħajjin jew li soffrew xi forma ta’ vjolenza oħra fl-isfond ta’ skiet kodard.

Il-mexxej tal-Knisja Kattolika kkundanna lil politiċi li jżiedu l-kunflitti u lil dawk li jbiegħu l-armi sabiex b’hekk jkattru aktar gwerrer.

Papa Franġisku għamel referrenza wkoll għal kriżi tal-immigrazzjoni u qal li r-reazzjoni tal-Ewropa hija dgħajfa minħabba l-indifferenza tal-kuxjenza tagħna. Tkellem ukoll dwar il-qerda sfrenata ta’ l-ambjent.

Id-diskors ta’ Papa Franġisku jkompli ma’ dak ta’ Patri Raniero Cantalamessa, l-predikatur tal-Papa, li f’diskors fil-Vatikan il-bieraħ sostna li “Il-mibgħeda u l-brutalità tal-attakki terroristiċi fi Brussell jgħinunha nifmhu il-qawwa divina ta’ l-aħħar kliem ta’ Ġesù ’ Kristu ‘Missier, aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu”.