Persuni mhux magħrufa mill-ġdid bdew jużaw il-paġna ‘Pawlu il perf xx’ biex jattakkaw persuni oħra, fil-maġġoranza tagħhom taħt l-eta’ f’każ ta’ cyber bullying mill-iktar diżgustanti.
F’każ minnhom, il-paġna xxerjat ritratt ta’ żagħżugħ, qabdet parti minn kliem li uża hu u jingħad li “l-unika paranormalita li hawn hija l-fatt li toothpick kapaċi jikkonsisti f’daqshekk cancer.”
Din il-paġna diġa’ kienet rappurtata lill-Pulizija, li f’risposta li ngħatat avżaw li kienet riferita lis-Cyber Crime Unit.
Saru wkoll diversi rapporti lil Facebook, iżda ma tteħditx azzjoni għaliex il-paġna qed tagħmel użu biss minn ritratti li kienu diġa’ pubbliċi fuq Facebook.
Din il-paġna diġa’ kienet fl-aħbarijiet fl-aħħar ġimgħat, tant li l-persuni warajha bdew proċess biex iħassru l-paġna. Iżda jirriżulta li dan il-proċess twaqqaf, bil-paġna mhux biss tkompli bl-attakki tagħha iżda żżidhom fil-frekwenza.
//= $special ?>

