Lokali

Abbuż għal villa ta’ familjari ta’ eks-Deputat Laburista

Investigazzjoni interna li għad mhix pubblika tikkonferma li uffiċjali tad-Dipartiment tal-Agrikoltura kienu ppressati biex jawtorizzaw dokument li wassal lill-MEPA biex tawtorizza żvluppi fuq art ODZ fis-Siġġiewi (Ritratt fuq: The Times)

Dan il-każ kien żvelat minn ‘The Sunday Times of Malta’ f’rapport li fih saret referenza għall-każ tat-tifla ta’ konsulent Miniserjali. Fil-fatt il-permess maħruġ inħareġ f’isem Roderick Farrugia, ir-raġel tat-tifla tal-eks-Deputat Laburista Bertu Pace, li kien maħtur konsulent tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.

Il-permess jikkonċerna madwar 280 metru kwadru ta’ art f’żona agrikola. Il-każ hu dwar ittra maħurġa mid-Dipartiment tal-Agrikoltura li fiha ntqal li xi darba, ż-żona kienet razzett. Kienet din id-dikjarazzjoni li wasslet biex l-applikazzjoni għal permess tpoġġiet taħt il-provvediment tal-policy ambjentali.

Quddiem dan il-każ, is-segretarjat ta’ Roderick Galdes ripetutament irrifjuta li jippubblika r-riżultati ta’ investigazzjoni, li kienet konkluża tliet ġimgħat ilu.

The Times tirrapporta dettalji mill-konklużjonijiet tal-investigazzjoni li stbabiliet li l-eks-Deputat Laburista Bertu Pace kien ħadem mad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali biex akkwista d-dokument iffirmat mill-membru tal-istaff Stephen Galea. Id-dipartiment ikkonċernat żamm id-distanza minn dan il-każ u qed isostni li m’għandu l-ebda konnessjoni mal-każ. Id-Direttur Ġenerali aġixxa ‘l barra mill-kompetenzi tiegħu u evita l-proċeduri stabbiliti minkejja li l-ittra kienet ipprintjata fuq letterhead uffiċjali tal-Gvern.

Jirriżulta li l-itta fiċ-ċenru ta’ din l-invetsigazjzoni kienet doukument uffiċjali ffirmata minn Stephen Gala li ddeskriva lilu nnfisu bħala ‘vet support assistant’. Iżda investigazzjonjiet minn The Times stabbilixxew li Galea hu sempliċi ‘labourer’.

Quddiem dan kollu kien mistneni li l-MEPA trrifjuta l-permess iżda dan inbidel immedjatment hekk kif l-ittra tad-Dipartiment kienet ppreżentata lill-bord tal-istess MEPA. Dan sar fl-aħħar ħinijiet qabel id-deċiżjoni fejn intqal li fiż-żona kien hemm xi struttura abbandunata qisha garaxx li xi darba kienet razzett.

The Times issostni li m’hemm l-ebda dokument ieħor ħlief din l-ttra li fiha qed jingħad li kien hemm din l-istruttura…..iżda issa hu kkonfermat li din l-itrra hi falza.

Mhux biss is-Segretarju Parlamentari Galdes qed jirrifjuta li jippubblika l-investigazzjoni, iżda ma ħa ebda passi biex l-eks-Deputat Laburista Bertu Pace jinżamm kontabbli. Dan meta Bertu Pace hu l-konsulent tal-istess Galdes. Ebad passi wkoll fil-konfront tal-uffiċjali l-oħra responsabbli.

Jirrizulta li l-falsifikar ta’ dokumenti minn impjegat pubbliku huma punibbli b’sentenza ta’ ħabs bejn is-sitt xhur u t-tliet snin.