Lokali

Ħadd ma jweġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ Birkirkara

3 persuni ddaħlu l-isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta fil-bypass ta’ Birkirkara. Fortunatament ħadd minnhom ma kien iċċertifikat li ġarrab xi ġrieħi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6 meta żewġ vetturi, tat-tip Mitsubishi Lancer u Daihatsu Sirion ħabtu head-on. Iż-żewġ vetturi kienu ġejjin minn direzzjonijiet opposti. Jidher li l-ħabta seħħet wara li l-Mitsubishi qabżet is-central strip, ġiet fid-direzzjoni opposta u baqgħet dieħla fid-Daihatsu head-on.

Il-mitsubishi kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena mill-Iklin u kienet sejra fid-direzzjoni lejn Ħal Lija filwaqt li d-Daihatsu kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 58 sena u kienet qed tinstaq fid-direzzjoni l-opposta. Il-persuni li ddaħħlu l-isptar kienu passiġġieri fil-vettura Diahatsu.

Mal-impatt, id-Daihatsu ħadet in-nar. B’konsegwenza tal-inċident, għal xi ħin kellha tingħalaq parti mill-karreġġjata tal-bypass fid-direzzjoni lejn il-Belt.