Lokali

“Irrid inkun wieħed minnhom” – Fr. Chris, li fl-Irxoxt, daqq mal-banda fil-marċ

“Inkun irrid inkun wieħed minnhom fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Rxoxt”. Kienu dawn kliem Fr. Chris Ellul, li ma’ NETnews.com.mt tkellem dwar l-esperjenza tiegħu bħala qassis, iżda wkoll bħala bandist.

Fr. Chris Ellul kien ordnat saċerdot disa’ xhur ilu u llum jinsab assenjat fil-Parroċċa tas-Siġġiewi. Iżda dalgħodu, Fr. Chris mar lura fil-Paroċċ tiegħu, Raħal Ġdid, fejn ingħaqad mal-banda li akkumpanjat l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt fit-toroq tal-lokalita’.

“Kull sena mmur indoqq xi żewġ marċi. Nieħu pjaċir jien u anke n-nies li magħhom inġedded il-memorji sbieħ” qalilna Fr. Chris.

Ritratt: Roberto Runza