Lokali

Jidħlu b’wiċċhom mgħammad biex jisirqu minn razzett

Ritratt mill-Arkivji

Il-Pulizija qed iżżomm raġel għall-investigazzjonijiet wara li żewġt irġiel b’wiċċhom mgħotti daħlu ġo razzett f’Ħad-Dingli u bdew jitolbu l-flus mingħand min kien hemm fir-razzett.

Il-Pulizija qalu li ġew infurmati bil-każ kmieni għall-ħabta tal-4.15 ta’ filgħodu. Ir-razzett jinsab fi Triq ir-Rabat f’Ħad-Dingli.

Jirriżulta, mill-ewwel investigazzjonijiet, li wieħed mill-irġiel kien qed iġorr arma li taqta’ u bil-ponta. Jidher li l-ħallelin baqgħu jinsistu għall-flus u ħarbu biss meta raw li l-vittmi ma kellhom xejn.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident, bil-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha. Intant, bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti biex jassistu f’inkjesta li qed issir.

Ritratt: Arkivji