L-Għid il-Kbir hu t-tweġiba għall-inġustizzji li qed tiffaċċja d-dinja bħalissa – fosthom il-kriżi tar-refuġjati, il-gwerer, l-abbużi fuq in-nisa u x-xogħol b’pagi baxxi.
Kien dan wieħed mill-messaġġi tal-Arċisqof Charles J Scilcuna fl-omelija waqt il-quddiesa li tfakkar l-Għid il-Kbir fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof Scicluna tkellem dwar is-sinfikat tal-Għid il-Kbir fiż-żminijiet tal-lum u enfasiżża l-importanza tar-rikonċiljazzjoni, l-imħabba, l-ħniena u l-karità. Hu tratta wkoll il-ġarjja tal-qawmien mill-mewt ta’ Ġesu Kristu u qal li imbierka huma dawk li emmnu bla ma raw din il-ġrajja, l-ikbar ġrajja fl-istorja tal-Knisja Kattolika.
L-Arcisqof Scicluna daħal fid-dettall tal-każ tal-liżar ta’ Kristu u qal li minkejja l-elementi tax-xjenza, il-liżar ta’ Kristu mhux biss element ta’ xjenza iżda wkoll espejenza li tmiss il-qlub.
Dwar il-liżar ta’ Kristu, l-Arċisqof qal li l-fatt li fil-qabar instab il-liżar hu l-akbar konferma li Kristu kien qam mill-mewt. Dan għaliex, li kieku xi ħadd ħa l-ġisem ta’ Kristu dan kien jagħmlu bil-liżar b’kollox.
Intant, waqt il-Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir, l-Arċisqof ta s-Sagrament tal-Griżma lil żewġ adulti u ta l-Barka Appostolika bl-Indulġenza Plenarja.
Ara l-Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir billi tagħfas hawn.
//= $special ?>