L-omerta twaqqaf l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ tal-isplużjoni ma’ dar f’Ghawdex f’Jannar li ghadda. Il-bomba kienet saret mad-dar ta’ Sandro Ciliberti u kienet ikkaġunat ħsarat għalkemm ħadd ma kien weġġa’.
Skont rapport fThe Sunday Times of Malta, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija m’huma qed iwwasslu għal imkien hekk kif dawk li jistgħu jafu xi ħaġa jew anki raw lil min poġġa l-bomba, qed jibqgħu siekta u jostru l-informazzjoni li għandhom.
Il-bomba kienet saret mad-dar ta’ Ciliberti fi Triq Ġnien Xibla fix-Xagħra u kienet ikkaġunat ħsarat kemm fid-dar kif koll fil-karrzoza Mercedes ta’ Ciliberti.
Il-konsegwenzi ta’ din il-bomba setgħu kienu gravi minħabba li fil-garaxx kien hemm erba’ ċilindri kbar tal-gass li kienu jintużaw għax-xogħol li Ciliberti jagħmel f’Kemmuna, fejn joepra kiosk.
L-investigazzjonijet tal-Pulzija ikkonċentraw madwar ix-xogħol li jagħmel Clibrti f’Kemmuna kif ukoll madwar il-passat tiegħu. Invetisgazzjoni partikolari ffukat fuq il-konċesjsoni li hu ngħata għall-bajja ta Santa Marija f’Kemmuna biex fih jarma umbrellel u deckchairs.
Dan il-kuntratt ingħata s-sena li għaddiet mill-Awtorità Matlija tat-Turiżmu. Dan il-kuntratt intrebaħ min Ciliberti wara komeptizzjoni ħarxa minn opeaturi oħra. Jirriżulta wkoll li ftit gimgħat wara li beda jopera dan is-servizz, Ciliberti rrapporta li parti mill-propjetà tiegħu f’Kemmuna ġarrbet ħsara wara arttakk.
The Times tgħid li l-investigaturi jsostnu li l-bomba li tpoġġiet mad-dar ta’ Ciliberti f’Għawdex inħadmet Malta u kienet trasportata f’Għawdex bil-baħar. L-ewwel teżi li l-bomba kienet waħda simili li tintuża fil-festi waqgħet hekk kf il-Pulizija sabet biċċiet tal-metall fil-post.
//= $special ?>