Fl-Istati Uniti, il-pulizija sparat u arrestat raġel suspettat it-Tnejn filgħaxija, wara rapporti ta’ sparatura fuq il-Capitol Visitors Center. Mara li kienet fil-viċinanzi tal-binja ntlaqtet, iżda l-ebda pulizija fl-istabbiliment tal- U.S. Capitol ma ġie ferut fl-inċident.
Il-binja tal-U.S. Capitol kienet fuq allert massimu għal madwar siegħa wara l-inċident, hekk kif l-impjegati tal-binja mal-ewwel ittieħdu f’post sigur l-bod minn kull periklu.
Skont l-aħħar rapporti mis-Senat stess, l-ebda suspettat ieħor ma ħarab mill-post. Fi tweet fuq Twitter, il-Pulizija Metropolitana qalet li kien inċident iżolat u ma kien hemm l-ebda theddida ta’ periklu għall-pubbliku.
Il-pulizija u membri tal-protezzjoni ċivili marru mal-ewwel fuq il-post, fejn wara ftit mumenti kkontrollaw is-sitwazzjoni. Sadanittant, il-bibien kemm tal-U.S. Capitol u l-White House kienu magħluqin sakemm kollox ġie lura għan-normal u taħt kontroll.
L-Ispeaker tal-Kamra Paul Ryan tkellem dwar l-każ minkejja li ma kienx jinsab ġewwa l-kapitali tal-Istati Uniti, Washington DC.
Il-Whitehouse momentarjament, ukoll għalqet numru kbir tal-entraturi tagħha bħala prekawzzjoni minn xi attakk ieħor, wara l-inċident fuq il-Capitol.
//= $special ?>