Internazzjonali

Ġappuniża jirnexxielha taħrab wara sentejn maħtufa

Tfjala ta’ 15-il sena rnexxielha taħrab wara li kienet ilha sentejn miżmuma f’appartament ta’ raġel f’Tokjo għalkemm iċ-ċirkustanzi eżatti tal-każ mhux ċari.
It-tifla rnexxielha taħrab meta r-raġel ħareġ jixtri u fil-pront qabdet u ċemplet għall-għajnuna minn telefon pubbliku. Hi qalet lill-Pulizija li r-raġel nesa jaqfel il-bieb ta’ barra.
Ir-raġel, Kabu Terauchi ta’ 23 sena, issa kien arrestat mill-Pulizija fuq is-suspett ta’ ħtif. Hu kien arrestat qrib foresta fil-Punent ta’ Tokjo fejn instab b’ferita f’għonqu wara li pprova jagħmel suwiċidju.
It-tifla kienet għebet mid-dar tagħha f’Saitama fil-periferiji tal-kapitali Ġappuniża f’Marzu tal-2014.
Hi kienet dehret l-aħħar titkellem ma’ raġel quddiem id-dar tagħha u wara nstabet nota fil-kaxxa tal-ittri tagħha bil-kitba tagħha biex il-ġenituri ma jfittxuhiex.
It-tifla qalet li hi qattgħet parti kbira ta’ dawn is-sentejn fl-appartament qrib l-Università f’Chiba u mbagħad ix-xahar li għadda mar ijgħix Tokjo u ħadha miegħu.
Hi qalet li hu kien ikun seba’ għajnejn fuqha għalkemm qatt ma rabatha.