Lokali

Iħażżeż graffiti mal-bibien tal-ħwienet u propjeta’ tas-sorijiet

Żagħżugħ inqeda mis-satra tal-lejl biex ivvandalizza numru ta’ bibien ta’ ħwienet u wkoll propjeta’ tas-sorijiet ta’ St. Joseph fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema u l-madwar.

Hu jidher iħażżeż permezz ta’ sprejj f’filmati minn cameras tas-sigurta’ ta’ wħud minn dawn il-ħwienet imma kappa li kien liebes fuq rasu tagħmilha diffiċli li jintagħraf u l-identita’ tiegħu għad mhix magħrufa.

Il-każ seħħ is-Sibt li għadda, ftit qabel l-22:30 u qed isir appell biex min inzerta kien fiż-żona, li hi frekwentata sew, jgħaddi kull informazzjoni li tista’ tkun utli, anke jekk b’mod kunfidenzjali.