Internazzjonali

Il-Pakistan f’luttu wara l-istraġi ta’ Lahore

epaselect epa05233360 People react over the coffin of a victim a day after a suicide bomb attack at a park, in Lahore, Pakistan, 28 March 2016. At least 70 people, including women and children, were killed in a suicide bomb attack on 27 March that targeted a public park in Lahore. Some 340 people were reportedly injured in the attack claimed by a splinter group of the Pakistani Taliban. EPA/RAHAT DAR

Hemm xokk fil-Pakistan kif ukoll rabja kbira wara l-massakru li kien hemm il-Ħadd waqt il-festa tal-Għid f’park tad-divertiment f’Lahore. L-attakk suwiċida ħalla 70 persuna mejta u fil-mira tiegħu kien hemm l-Insara li kienu qed jiċċelebraw l-Għid. Il-parti l-kbira tal-vittmi huma nisa u tfal kemm Insara kif ukoll Musulmani.
Matul il-ġurnata tal-bieraħ il-forzi tas-sigurtà Pakistani wettqu diversi rejds biex jinqabdu r-responsabbli. Il-grupp ta’ militanti Iżlamiċi tal-Jamaat-ul-Ahrar, li hu fergħa tat-Taliban, ħa r-responsabbiltà tal-attakk.
Fl-attakk indarbu wkoll aktar minn 300 persuna hekk kif persuna splodiet lilha nfusha fil-ġnien ħdejn il-playground tat-tfal. Bomba li l-Pulizija qalet kienet mimlija ball bearings u imsiemer biex tikkawża l-akbar ammont ta’ vittmi possibbli.
Lahore hi magħrufa bħala l-aktar belt liberali u sinjura fil-Pakistan u li s’issa ftit li xejn intmisset mill-vjolenza mill-militanti Iżlamiċi fil-Pakistan.