Lokali

Jabbandunaw kelb barra santwarju tal-annimali

Koppja aktarx Brittanika nqabdet fuq kameras tas-sigurta’ tabbanduna kelb ta’ lewn kannella skur f’żona ta’ parkeġġ li tinsab qrib il-Bajja s-Sabiħa (Paradise Bay).

Rapporti jindikaw li r-raġel u l-mara li jidhru fir-ritratti ppruvaw iħallu l-kelb f’santwarju, iżda meta ġew mgħarrfa li dan hu mimli, ħallew il-kelb fil-parkeġġ biswit il-Bajja s-Sabiħa.

Mal-art ħallew ukoll ħabel li l-kelb juża għal-logħob, kif ukoll żewġ xkejjer tal-ikel kważi vojta. Huma kienu qed jużaw karozza griża bin-numru tar-reġistrazzjoni li jibda bl-ittri KIM.

12670883_10156700899540357_2989437934827684656_n