Internazzjonali

Jaqta’ barra ras tifla fi triq fit-Tajwan

Il-Pulizija f’Taipei arrestat raġel wara li qabad tifla u qatalha rasha barra quddiem stazzjon tas-subway fil-kapitali tat-Tajwan.
Skont xhieda, it-tifla kienet ma’ ommha meta f’daqqa waħda minn wara ġie dan ir-raġel, qabad it-tifla u fil-pront beda jħanxarha bil-konsegwenza li spiċċa qatalha rasha barra.
Wara ftit Pulizija li waslu fil-post arrestaw lir-raġel u ħaduh lejn l-għassa, imma sigħat wara nġabret folla mdaqqsa ta’ nies quddiem l-għassa, xi wħud armati bi bsaten biex iħebbu għar-raġel arrestat.