Lokali

Jidħlu jisirqu imma joħorġu biss b’żewġ laptops li kienu għar-rimi

Persuna jew persuni mhux magħrufa daħlu fl-uffiċċji tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, għalkemm jidher li ħarġu b’idejhom vojta. Dan hekk kif l-uniċi affarijiet li serqu kienu żewġ laptops li kienu mwarrba biex jintremew.

Mhux magħruf meta seħħ dan il-każ mill-uffiċċji li jifformaw parti mill-Kumpless tal-Iskola Sir Temi Zammit fi Triq l-Imtarfa, fl-Imtarfa. Madankollu, ir-rapport wasal għand il-Pulizija dalgħodu għall-ħabta tas-7.30am.

Fil-post instab taqlib, filwaqt li l-ħitan iċċapsu b’linka sewda li kienet miżmuma fil-post stess.