Internazzjonali

Mietet Mother Angelica tal-EWTN

Tħabbret il-mewt ta’ Mother Mary Angelica f’eta ta’ 92 sena.
Mother Angelina, soru Kattolika mwielda Rita Rizzo f’familja fqira f’Ohio, kienet kisbet fama internazzjonali permezz tal-programm li kellha fuq l-Eternal Word Television Network (EWTN) – stazzjon li kienet ħolqot hi wara li rifjutat li tkompli xxandar minn stazzjon lokali Amerikan li kien ixxandar ukoll films li jmorru kontra t-twemmin tagħha. Hi mietet f’monasteru imwarrab fl-Istat ta’ Alabama wara li kienet ilha tbati minn diversi problemi ta’ saħħa.