Internazzjonali

Tkompli t-tfitxija ‘għat-terrorista tal-gakketta ċara’

Una foto combo mostra Faysal Cheffou (S) e il terzo presunto attentatore, l'uomo col cappello. ANSA/ANSA PROVIDES ACCESS TO THIS HANDOUT PHOTO TO BE USED SOLELY TO ILLUSTRATE NEWS REPORTING OR COMMENTARY ON THE FACTS OR EVENTS DEPICTED IN THIS IMAGE; NO ARCHIVING; NO LICENSING

It-Tnejn, il-Pulizija Belġjana ħarġet il-filmat tal-kameras tas-sigurtà tal-ajruport li juri grupp ta’ tliet terroristi qabel l-attakki. Dan fi sforz li jkun identifikat wieħed minnhom, li kien liebes gakketta ċara. Hu mifhum li l-bomba ta’ dan it-terrorista ma sploditx u laħaq ħarab mill-post.
Dan wara li Faycal Cheffou, (ritratt xellug) ġurnalista freelance li kien arrestat nhar il-Ħamis quddiem l-uffiċċju tal-prosekutur Belġjan u li ntqal li hu dak li jidher fil-filmat inħeles mill-Pulizija. dan peress li kontriħ m’hemm xejn li jindika li kien fl-ajruport meta seħħew l-attakki.
It-Tnejn ukoll tliet persuni tressqu quddiem il-qorti fi Brussell fejn kienu akkużati li huma membri ta’ grupp terroristiku. It-tlieta identifikati biss bħala Yassine A, Mohamed B u Aboubaker O li kienu arrestati f’sensiela ta’ rejds li saru l-Ħadd.
L-ajruport ta’ Zaventem it-Tnejn baqa’ magħluq u t-Tlieta mistenni ssir spezzjoni tax-xogħlijiet ta’ tiswija li saru wara l-attakki terroristiċi ta’ ġimgħa ilu. Iċ-ċifra ta’ vittmi ta’ dawn l-attakki kif riveduta lbieraħ telgħet għal 35 persuna. Dan wara li kien hemm erba’ persuni li mietu fl-isptar mill-feriti li ġarrbu.