Transport Malta ħabbret li se jitkomplew ix-xogħlijiet fi Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid. Din it-triq hi dik li tinsab bejn l-MCAST u l-Moskea f’Raħal Ġdid.
Mill-illejla 28 ta’ Marzu, fid-9 ta’ filgħaxija, it-triq Vjal Sir Paul Boffa se tkun magħluqa għat-traffiku direzzjoni lejn Raħal Ġdid, u se tibqa’ magħluqa sal-5 ta’ filgħodu. It-traffiku, inkluż it-trasport pubbliku li sejjer fid-direzzjoni lejn iċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid, se jgħaddi minn Vjal Santa Luċija għal Triq Ħal Luqa. Karozzi żgħar jistgħu jgħaddu wkoll minn Triq il-Palma.
Fl-istess stqarrija, Transport Malta ħabbret ukoll li bejn it-Tlieta 29 ta’ Marzu u s-Sibt 2 t’April, se jitwaħħlu l-bollards fi Vjal Sir Paul Boffa direzzjoni lejn il-Belt Valletta. Ix-xogħol se isir mid-9 ta’ filgħodu sat-3 ta’ waranofsinhar. Trasnprot Malta qalet li matul il-ħin tax-xogħol, it-triq mhux se tkun magħluqa imma xi dewmien fit-traffiku hu mistenni.
//= $special ?>