Il-Havana Club International Cocktail Grand Prix hi waħda mill-iżjed kompetizzjonijiet prestiġjużi tal-bartenders madwar id-dinja li ssir kull sentejn f’Havana. Din is-sena qed tiċċelebra l-11-il edizzjoni tagħha u se tgħaqqad flimkien lill-bartenders minn 30 pajjiż biex iħalltu cocktails klassiċi, ibbażati dejjem fuq il-Havana Club Rum, ir-rum awtentiku ta’ Kuba.
Fit-8 ta’ Marzu, 18-il parteċipant inġabru fil-Westin Dragonara Resort biex juru t-talent u l-ħiliet tagħhom fil-kompetizzjoni ta’ Malta għall-Grand Prix Internazzjonali. Il-ġurija, l-ispettaturi u l-mistiedna kienu impressjonati bil-professjonalità u l-livell għoli tal-preżentazzjonijiet li kien hemm. L-avveniment kien organizzat minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, l-importaturi tal-Havana Club Rum f’kollaborazzjoni mal-Maltese Bartenders Guild.
Ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni ta’ Malta kien Stefano Zerafa, il-Bar Manager ta’ Haywharf Clubhouse. Stefano f’Ġunju li ġej se jmur Havana, Kuba, għal 5 ijiem biex jieħu sehem fl-avveniment finali tal-Grand Prix. Waqt il-mawra tagħhom f’Kuba, il-finalisti jgħixu l-ħajja u l-kultura Kubana ma’ esperti rinomati tar-rum, fosthom il-maestro tal-Havana Club Asbel Morales, l-istoriċi tax-xorb tal-ispirti Jared Brown u Anastasia Miller, il-miksoloġista innovattiv Tony Conigliaro, u l-awtur ewlieni li jikteb fuq l-ispirti Dave Broom. Dawn ilkoll se jaqsmu l-għarfien tagħhom fuq il-kultura Kubana, il-cocktails u t-togħmiet, il-produzzjoni tar-rum u t-tekniki u l-istil tal-cantinero bartending.
//= $special ?>

