Il-ħtif tat-titjira MS181 tal-lum m’huwiex l-ewwel każ ta’ ħtif ta’ ajruplani tal-linja tal-ajru tal-Eġittu, l-EgyptAir. Filfatt, l-EgyptAir għandha storja twila ta’ ħtif ta’ ajruplani.
Aqra aktar: Kontinwament aġġornata – Jinħataf ajruplan tal-EgyptAir; jitniżżel f’Ċipru
Rekords internazzjonali tal-avjazzjoni juru li b’kollox kien hemm tmien każi ta’ ħtif ta’ ajruplani tal-EgyptAir, bl-iktar każ gravi jkun il-ħtif tal-ajruplan tal-EgyptAir li kien tniżżel Malta fl-1985.
Fil-ħtif tal-1985, l-ajruplan tal-EgyptAir tniżżel Malta wara li telaq minn Ateni fil-Greċja. Rejd li kien sar fuq l-ajruplan minn ‘commandos’ Eġizzjani kien wassal biex inqatlu 50 passiġġier u sitt persuni li ħatfu l-ajruplan. Dakinhar l-ajruplan kien inħataf minn persuni qrib il-grupp estremista Abu Nidal.
Ritratti: Mill-ħtif tal-ajruplan tal-EgyptAir fl-1985 u li kien tniżżel Malta – l-għar ħtif ta’ ajruplan tal-EgyptAir fl-istorja
Intant, l-aktar każ riċenti ta’ ħtif ta’ ajruplan tal-EgyptAir qabel l-inċident tal-lum, seħħ fl-2009. Apparti l-ħtif tal-ajruplan li tniżżel Malta u dak li tniżżel f’Ċipru llum, il-każi l-oħra ta’ ħtif kienu jinvolvu individwi jew gruppi żgħar.
Din il-linja tal-ajru twaqqfet fl-1931 taħt l-isem ‘Misr Network’ iżda biddlet isimha għal EgyptAir fl-1971. B’kollox, il-linja tal-ajru għandha 81 ajruplan. Bejn l-2013 u l-2014 taru mas-7.4 miljun passiġġier mal-EgyptAir.
//= $special ?>