Il-President ta’ Ċipru Nicos Anastasiades qal li l-ħtif tal-ajruplan tal-EgyptAir “m’għandux x’jaqsam mat-terroriżmu”.
Il-President ta’ Ċipru qal dan fid-dawl tal-ħtif ta’ ajruplan tal-EgyptAir u li tniżżel f’Ċipru minn persuna li għadha trid tkun identifikata.
Aqra iktar:- Ippubblikat ritratt tal-persuna li aktarx kien hu li ħataf l-ajruplan
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu u għadu qed jiżviluppa. Il-President ta’ Ċipru qal li l-awtoritajiet tal-pajjiż qed jagħmlu ħilithom biex ikun meħlus kulħadd.
Aqra iktar:- Kontinwament aġġornata – Jinħataf ajruplan tal-EgyptAir
Filwaqt li nħelsu l-maġġoranza tal-passiġġieri li kienu abbord, fadal il-membri tal-ekwipaġġ u madwar erba’ passiġġieri abbord.
//= $special ?>