Il-PN laqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna u l-pożizzjoni tal-Gvern li jintroduċi t-tieni pilastri fil-pensjonijiet.
Fi stqarrija l-Viċi-Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Parlament u Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario de Marco u x-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici qalu li l-Oppożizzjoni kienet formalment talbet għall-kunsiderazzjoni tat-tieni pilastru fid-dokument ta’ qabel il-baġit li kien pubblikat is-sena li għaddiet kif kuoll f’diversi okkażjonijiet oħra.
Din il-pożizzjoni ttieħdet wara analiżi tar-rakkomandazzjoniiet li kienu diġà saru mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Working Group dwar il-Pensjonijiet. Quddiem dawn il-proposti, il-Gvern kien ħa pożizzjoni opportunistà għall-proposti fuq it-tieni pilastru bla ma offra alternattivi sodi biex jassigura sostenibbiltà għall-ġenerazzjonijiet futuri. Fl-istqarrija Mario de Marco u Paula Mifsud Bonnici qalu li fil-kuntest hu pożittiv li l-Gvern bidel il-pożizzjoni tiegħu u aċċetta l-proposti tal-Oppożizzjoni u għalhekk tħares ‘il quddiem lejn diskusjsoni pożuittiva f’dan ir-rigward.
//= $special ?>