Imniedi d-Dizzjunarju online bil-Malti: inizjattiva imnedija mill-Università ta’ Malta, mill-Vodafone u mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA). Din l-inizjattiva, li kienet ilha mistennija, għandha ssaħħaħ il-lingwa Maltija u l-iżviluppi li qed isiru fiha.
F’konferenza tal-aħbarijiet fl-uffiċċji tal-MCA, iċ-Chairman tal-Awtorità Edward Woods tkellem dwar l-importanza tal-aġġornament kontinwu fil-lingwa Maltija biex din tkompli ssaħħaħ l-identità Maltija u tkun rilevanti quddiem il-bidliet li kontinwament jiffaċċjaw il-lingwi.
Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Juanito Camilleri, qal li dan se jkun Dizzjunarju li għandu jkompli jżomm il-lingwa Maltija ħajja, partikolarment għax fuqu jistgħu jittieħdu inizjattivi oħra, fosthom it-traduzzjonijiet.
Id-Dizzjunarju, li sar bl-impenn tal-Kunsill Malti tal-Lingwa, joffri l-faċilità li mhux biss tingħata informazzjoni dwar il-kelma mfittxija, iżda tingħata wkoll informazzjoni adizzjonali, bħall-għerq tal-kelma u d-diversi forom li tkun tista’ tinkiteb fihom.
//= $special ?>