Raġel ta’ 47 sena kien kundannat ħames ssnin ħabs wara li nstab ħati li abbuża sesswalment mit-tifla tas-sieħba tiegħu; tifla li kellha 14-il sena.
Fuq ordni tl-Qoti isem ir-raġel ma jistax jixxandar. Hu nstab ħati wkoll li kellu filmati inċidenti tat-tifla. Il-każ imur lura għat-12 ta’ settembru 2012 meta l-omm u binta ta’ 14-il sena flimkien maż żewġt tifla tal-akkużat irrapportaw lill-pulizija u għaddewlhom filmati ta’ tifla taħt l-eta’ tagħmel sess orali fuq l-akkużat.
Il-filmat ittieħed bil-mobile tal-akkużat u kien juri wiċċ it-tifla li l-att sesswali kien seħħ sebgħa darbiet bjen Jannar u Settembru 2012 fl-appartament tal-akkużat fl-imsida. L-għada li sar ir-rapport l-omm informat lill-pulizija li binta kienet qed tgħid li r-raġel fil-filmat ma kinx l-akkużat. Aktar tard it-tifla talbet li titkellem mal-pulizija weħidha fejn qalet li ommha kienet ilha ħames snin mal-akkużat.
It-tifla kkonfermat lill-pulizija li r-raġel fil-filmat kien l-akkużat u ammettiet li l-filmat kien ħadu l-akkużat bl-approvazzjoni tagħha. Kienet l-omm li ndunat bil-filmat fil-mobile tal-partner tagħha u kellha argument miegħu.
Minkejja dan, aktar tard huma rranġaw u baqgħu jgħixu flimkien. Mistoqsija għaliex kienet qalet li r-raġel fil-filmat ma kinx l-akkużat, it-tifla qalet li hi ma riditx taqla’ inkwiet u riedet li jkollha attività sesswali mal-partner ta’ ommha.
Hi ammettiet ukoll li diġà kellha esperjenzi sesswali ma’ tfajjel ta’ 17-il sena u tifel l-età tagħha. It-tifla qalet ukoll li hi u ommha kienu sfurzati jirrapportaw il-każ lill-pulizija mit-tifla tal-akkużat, li xtaqet tpattieha lil missierha wara li kellha argumentat miegħu. Hi kienet tleqet mill-appartament li kienet tgħix fih u marret toqgħod ma’ oħtha iżda xtaqet li tieħu l-apparatment ta’ missierha biex tgħix fih hi.
Fil-qorti l-akkużat ċaħad l-akkużi u qal li fil-ħames snikn relazzjoni ma’ omm it-tifla hu kien jargumenta diversi drabi magħha minħabba li t-tifla kienet fuq tagħha. Id-Difiża attakkat il-kredibbiltà tat-tifla għaliex sostniet li hi bidlet il-verżjoni tagħha diversi drabi.
Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli, qalet li l-fatt li t-tifla aċċettat li tagħmel l-att sesswali ma jneħħix il-fatt li l-akkużat kien abbuża minnha u ġielgħa temmen li kien normali tagħmel att sesswali mas-sieħeb ta’ ommha u ma’ raġel ferm ikbar minnha.
Il-Maġistrat Demicoli qalet li t-tifla qalet il-verità fix-xhieda tagħha u kien evidenti li meta gideb hi għamlet dan biex tipproteġi lill-akkużat u li hi u ommha kien mbeżża’ mit-theddid li kienet qed tagħmel it-tifla tal-akkużat, li riedet tpattiha lil missierha. Minbarra li kkundannatu ħames snin ħabs, il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal sentejn fvaur l-omm u t-tifla ta’ 14-il sena u ordnat lill-akkużat jħallas l-ispejjeż tal-qorti.
//= $special ?>