Il-ħtif tal-ajruplan tal-EgyptAir ikkawża ħafna drama dalgħodu għalkemm fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-episodju li dam jiżviluppa madwar sitt sigħat.
Il-‘hijack’ tal-ajruplan qanqal il-memorji ta’ ħafna Maltin għal numru ta’ episodji li pajjiż fil-passat għadda minnhom. Fost dawn, il-ħtif tal-ajruplan tal-EgyptAir fl-1985 u li kien wassal biex tilfu ħajjithom aktar minn 50 persuna.
Iżda episodju ieħor kien il-ħtif tal-ajruplan tal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, fl-1997.
Kien fl-1997 meta żewġ Torok ħatfu ajruplan tal-Air Malta. L-ajruplan, li kien telaq minn Malta kellu jagħmel inżul f’Cologne, il-Ġermanja, wara li t-Torok bdew jitolbu li jinħeles Mehmet Ali Agca – ir-raġel li kien spara lil Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.
Il-ħtif kien seħħ fid-9 ta’ Ġunju 1997, u kien dakinhar stess li l-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri rritornaw lura Malta. Dakinhar, il-ġurnal In-Nazzjon irrapporta “Lura Malta – il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri b’għejja tremenda”.
Fil-‘hijack’, il-pirati tal-ajru kienu qamu minn posthom kwarta wara t-take off tal-ajruplan. Fortunatament ħadd ma kien indarab f’dak l-episodju.
Ara ritratti li għandu NETnews.com.mt minn dan l-episodju.
//= $special ?>