Kurżitajiet

Pistola ġdida forma ta’ mobile

Kumpanija Amerikana spiċċat fl-aħbarijiet wara li ħabbret pjanijiet dwar pistola ġdida f’forma ta’ mobile phone.

L-idea ġiet mill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija ġdida ‘Monticello’ li qal li ħassu skomdu meta darba kien f’ristorant u kien hemm tifel li pponta fid-direzzjoni lejh u b’ħanġra daqsxiex għajjat: “Mama, dak ir-raġel għandu pistola!”

Fl-Amerika hu permessibbli li wieħed ikollu u jġorr pistola sakemm din dik liċenzjata.

Il-pistola hija ddisinjata biex tkun tidher l-istess bħal smartphone u l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija li se tipproduċiehom qal li l-għan hu li jinxtraw minn dawk li ma jkunux jixtiequ juru lil kulħadd li qed iġorru pistola minkejja li jkunu liċenzjati biex jagħmlu dan.