Il-persuna li ħataf l-ajruplan tal-EgyptAir dalgħodu ried ikellem lill-mara Ċiprijotta tiegħu li hu separat minn magħha. Dawn ir-rapporti qed ikomplu jikkonfermaw li l-ħtif ta’ dalgħodu ma kellu xejn x’jaqsam mat-terroriżmu.
Aktar:- Il-President ta’ Ċipru jikkonferma li l-ħtif tal-ajruplan m’għandux x’jaqsam mat-terroriżmu
Kemm il-BBC kif ukoll korrispondent ta’ ‘The Guardian’ qed jirrappurtaw li l-ħtif “għandu x’jaqsam ma’ mara”. Ir-raġel li ħataf l-ajruplan kien deskritt bħala “love-sick Romeo”.
Intant, l-istazzjon tal-aħbarijiet Sky News Arabia ippubblika ritratt (fuq) li aktarx hu tal-persuna li ħataf l-ajruplan li tniżżel f’Ċipru. Iżda aktar tard irriżulta li r-raġel fir-ritratt hu Ibrahim Samaha, passiġġier abbord it-titjira.
L-ajruplan kien fi triqtu minn Alexandria fl-Eġittu lejn il-Kajr, iżda nħataf waqt it-titjira.
Aqra iktar: – Aġġornata kontinwament – Jinħataf ajruplan tal-EgyptAir
Rapporti konfliġenti qed jgħidu li fuq l-ajruplan kien hemm bejn 50 u 80 passiġġier, li skont il-linja tal-ajru Eġizzjana, EgyptAir, inħelsu ħafna minnhom għajr xi ftit passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ.
//= $special ?>