Tuneżin ta’ 49 sena ngħata sentenza ta’ sentejn priġunerija wara li nstab ħati li f’inċident li kellu bil-karozza kkaġuna ġrieħi gravi lill-passiġġiera li kienet miegħu.
Il-każ imur lura għal Lulju 2000 meta Faical Mahouachi daħal f’ħajt f’Ħal Luqa. Kawża tal-inċident il-passiġġiera mara għamlet żmien fil-periklu tal-mewt u spiċċat b’diżabilità għal għomorha, li ma tistax tirritorna fid-dinja tax-xogħol.
Minbarra sentejn priġunerija, l-akkużat ġie ordnat iħallas l-ispejjeż tal-każ filwaqt li mhux se jkun jista’ jsuq għal sena wara li jiskonta s-sentenza.
Mahouachi qed jgħaddi proċeduri oħra flimkien ma’ Libjan, dwar il-qtil ta’ Simon Grech fl-2005.
//= $special ?>