Lokali

Tilwima industrijali mill-Cabin Crew tal-Air Malta

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-linja nazzjonali tal-ajru Airmalta, fl-aħħar sigħat irreġistraw tilwima industrijali. Dan wassal biex huma qed jaħdmu fuq direttiva ta’ ‘work-to-rule’.

Minn informazzjoni li kiseb NETnews.com.mt jirriżulta li t-tilwima, li tressqet permezz tal-Union tal-Cabin Crew, ġiet irregistrata għall-ħabta tal-11pm tal-bieraħ.

Il-kwistjoni nqalgħet wara li l-membri tal-ekwipaġġ kienu mitluba jagħmlu titjiriet li ma jkunux skedati għalihom.

Kawża tat-tilwima ndustrijali, titjira għal Tel Aviv skedata għal kmieni dalgħodu spiċċat biex telqet madwar sagħtejn tard.

Madankollu, l-ebda titjira tal-Air Malta ma tħassret kawża ta’ din it-tilwima industrijali.