Lokali

Aġġornata: Tirriżulta fin-negattiv tfittxija abbord taxi barra l-Ajruport Internazzjonali

Fortunatament, irriżultat fin-negattiv tfittxija li saret abbord taxi li kienet dieħla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Jirrizulta li klieb tal-Pulizija xammew xi ħaġa suspettuża abbord it-taxi, li kien qed isirilha ‘securiy check’ barra l-Ajruport Internazzjonali. Dan wassal għal tfittxija intensiva fil-karozza, tant li kienu ċċekjati wkoll il-persuni li kienu fiha. Dan minħabba suspett li seta’ kien hemm xi splussiv.

Membri tal-Pulizija flimkien ma’ membri mill-Forzi Armati ta’ Malta kienu qed jiċċekjaw il-karozzi li jkunu deħlin fl-Ajruport Internazzjonali bħala miżura ta’ sigurtà wara dak li ġara fi Brussell il-ġimgħa li għaddiet.

Il-ħidma, li damet għal diversi minuti, irriżultat fin-negattiv u l-vettura kompliet fi triqtha lejn l-Ajruport. Dan kollu wassal biex inħoloq ammont sostanzjali ta’ traffiku, bil-Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku bdew jiddevjaw it-traffiku għal toroq alternattivi.