Internazzjonali

Bidla storika fil-Myanmar

F’Myanmar ħa l-ġurament ta’ President tal-pajjiż Htin Kyaw, l-ewwel persuna eletta demokatrikament f’din il-kariga f’dawn l-aħħar 50 sena.
Kyaw hu mill-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD) u se jieħu post Thein Sein, l-eksditattur miltiari tal-pajjiż.
Għalkemm Aung San Suu Kyi, il-mexxej tal-NLD u rebbieħa tal-Premju Nobel għal Paċi, ma tistax tassumi l-kariga ta’ President skont il-ftehim li sar ma’ Sein biex ikun hemm transizzjoni lejn id-demokrazija, hi qalet li se tmexxi minn wara l-kwinti.
Kyaw kien l-ajjutant ewlieni ta’ Aung San Suu Kyi tul dawn l-aħħar snin ta’ dittatura.
Fl-istess ħin li fil-kapitali Nay Pyi Taw ħa l-ġurament tal-ħatra Kyaw, ħa l-ġurament anki l-Kabinett ġdid. Aung San Suu Kyi minflok ħadet il-kariga ta’ Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-uffiċċju tal-President, l-edukazzjoni u l-enerġija.
Skont il-patt li kien sar, il-militar se jkun responsabbli għall-karigi fil-Kabinett ġdid għall-affarijiet militari u l-għassa tal-fruntieri u s-sigurtà interna.