Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħarab milli jikkonferma jew jiċħad li l-Ministru Konrad Mizzi ffirma biex il-kumpanija li waqqaf fil-Panama tibqa’ sigrieta u ma tiġix audited.
Din l-aħbar kienet ħarġet fil-programm Reporter, fejn il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami kien qal li meta wieħed iwaqqaf kumpanija fil-Panama, irid jittikkja numru ta’ għażliet skont il-preferenza tiegħu.
Fost dawk li ttikkja Konrad Mizzi hemm is-segretezza u l-eżenzjoni ta’ audit għall-kumpanija tiegħu. Minkejja li dawn huma akkużi serji, u minkejja li issa għaddew numru ta’ jiem mindu saru, dawn ma ġewx miċħuda, la mill-Gvern u lanqas mill-Ministru nnifsu.
//= $special ?>