Lokali

FILMAT : Il-Mara tal-Prim Ministru tirreaġixxi wara l-istorja dwar priġunieri nisa sfruttati

Wara l-istorja li żvelat The Times illum dwar eluf ta’ ewro dovuti għal xogħol lil priġunieri nisa minn ħabiba kbira ta’ Michelle Muscat, aktar tard, il-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat, indirizzat il-media f’dik li sippost kienet konferenza tal-aħbarijiet, li iżda ma kienux mistiedna għaliha Net News u lanqas The Malta Independent.

Il-Mara tal-Prim Ministru, filwaqt li kkonfermat li dawn il-priġunieri nisa għadhom ma tħallsux tax-xogħol, Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru qalet dan se taraw fil-filmat tat-timesofmalta.com

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal l-isfruttament tal-ħabsin mhux aċċettabbli. Sostna li dak żvelat illum mill-ġurnal The Times jimmerita risposti ċari mill-Ministru responsabbli mill-Ħabs Carmelo Abela.