Id-Dwana Maltija, f’jumejn, qabdet tliet passiġġieri li waslu Malta fuq titjiriet separati li kienu qed iġorru sustanzi suspettati li huma droga.
L-ewwel qabda kienet fis-6.45 ta’ filgħaxija u kienet tinvolvi passiġġier ta’ nazzjonalita’ Taljana li wasal Malta fuq titjira minn Milan. Fit-tieni qabda, kienet tinvolvi passiġġier ta’ nazzjonalita’ Brittannika u li kien għadhu kif wasal Malta fuq titjira minn Manchester. Aktar tfittxijiet irriżultaw f’qabda oħra fuq passiġġier ieħor Brittanniku li wkoll kien għadhu kif jasal fuq titjira minn Manchester.
Il-passiġġiera nqabdu waqt li kienu qegħdin jgħaddu l-bagalji mill-magna tal-x-ray.
Il-passiġġieri kollha ġew mgħoddija lill-Pulizija għal aktar interrogazzjoni u investigazzjoni.
//= $special ?>
