“Il-UĦM Voice of the Workers tilqa’ l-introduzzjoni tal-iskema tal-pensjoni tat-tieni pilastru, u se tibqa taħdem sabiex finalment, tara li din tkun qegħda fis-seħħ u tkun qed taħdem kif suppost” – kien dan il-kliem ta’ Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-istess Union.
L-istqarrija tal-UĦM Voice of the Workers tkompli tgħid li bħala union laqgħat id-dikjarazzjoni li lGvern se jintroduċi l-iskema tal-pensjoni tat-tieni pilastru, skema li din il-Union ilha snin tisħaq fuqha. Din id-deċiżjoni ttieħdet ilbieraħ waqt laqgħa li saret bejn il-Malta Council for Economic and Social Development’ (MCESD) u l-MaltaEU Steering and Action Committee (MEUSAC).
Fl-istess sena li l-UĦM ħarget bl-idea li jkunu offruti faċilitajiet ta’ childcare b’xejn lill-ġenituri
mill-Gvern, l-istess Union kienet minn ta’ quddiem sabiex jiġu introdotti skemi ta’ pensjonijiet
iktar sostennibli fosthom li sal-2015, titħol fis-seħħ l-introduzzjoni tal-iskema tal-pensjoni
tat-tieni pilastru. L-għan tal-UĦM huwa dak li Malta tkun fuq l-istess livell tal-membri stati l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Fi preżentazzjoni li għamlet, il-UħM uriet il-proposti li ħarġet bihom fl-elezzjoni tal-2013 fejn qalet li permezz ta’ active labour market policies, pajjiżna kapaċi javvanza għal stat aktar pro attiv min stat passive social welfare.
Fl-2013, din il-Union kompliet tisħaq favur l-introduzzjoni tal-iskema tal-pensjoni tat-tieni pilastru
fejn kienet qalet li din hija aktar affordabbli mill-iskema tal-pensjoni tat-tielet pilastru, għarraġuni li żewġ persuni minn kull għaxra biss jistaw jibbenifikaw minn din tal-aħħar. Sena wara, il-UĦM uriet it-tħassib tagħha wara li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li ma kellu l-ebda ħsieb u pjannijiet li l-Gvern jintroduċi l-iskema tal-pensjoni tat-tieni pilastru iżda minflok, jintroduċi l-iskema tat-tielet pilastru, skema li listess Union sena qabel uriet il-ħsibijiet tagħha fuqha.
Fi Frar tal-2015, il-UĦM reġgħet kienet minn ta’ quddiem sabiex tesprimi l-ħsibijiet tagħha wara li
l-Prim Ministru Joseph Muscat, li kien qieghed jħares sabiex jintroduċi modijiet ġodda fejn l-iskemi tal-pensjonijiet ikunu aktar sostennibli, iddikjara li huwa kien kontra l-introduzzjoni tal-iskema tal-pensjoni tat-tieni pilastru kif ukoll fuq iż-żieda tal-eta’ tal-irtirar.
Fl-aħħar snin, il-UĦM, filwaqt li baqgħet tippromovi l-proposti tagħha, kienet dejjem favur u minn
ta’ quddiem li titkellem fuq il-bżonn li tkun introdotta l-iskema tal-pensjoni tat-tieni pilastru u l-
bżonn ta’ din l-iskema fis-soċjeta’ tagħna.
Fil-jiem li gejjin, il-UĦM se tkun qed tippublika rapport biex turi kif din l-iskema ta’ pensjoni
għandha tiġi integrata mal-labour market schemes.


