Suldat Amerikan li llum hu rtirat u għandu 94 sena, għandu ħolma li jixtieq iwettaq qabel iħalli din id-dinja – dik li jagħmel kuntatt ma’ Maltin li fil-Milied tal-1943, fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, kielu abbord il-USN Destroyer Thomas Edison flimkien mas-suldati.
Hu fatt magħruf li ħafna minn missirijietna baqgħu jiftakru b’mod speċjali l-esperjenzi tal-gwerra f’pajjiżna u qasmu dawn ir-rakkonti ma’ wliedhom u l-ħbieb tagħhom fuq bażi regolari.
Min għandu xi informazzjoni dwar dan l-episodju tal-gwerra, jew inkella jaf lil wieħed mill-orfni li kielu mas-suldati fil-Milied tal-1943 abbord il-USN Destroyer Thomas Edison hu mitlub jibgħat email fuq matthew.mamo@media.link.com.mt inkella jċempel fuq 25965352.
//= $special ?>