Hemm tensjoni fi Tripli wara rapporti li l-Gvern ta’ għaqda nazzjonali, li kien negozjat min-Nazzjonijiet Uniti, kien żbarka fi Tripli.
Jidher li l-iżbark tal-Gvern immexxi minn Fayez Serraj, sar minn vapur li telaq mit-Tuneżija, fejn kien bażat il-Gvern, u trakka viċin il-kosta Libjana. B’kollox sitt deputati mmexxija mill-Prim Ministru Fayez Serraj niżlu fil-bażi navali Libjana ta’ Abusetta. Intqal li Abusetta għalissa se sservi bħala bażi għall-Gvern ta’ Serraj sakemm ikun jista’ jassumi l-poter sħiħ fi Tripli.
Issa hemm biża’ għal dak li jista’ jinqala’. Dan peress li Ali Abu Zakouk, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Gvern Iżlamista ta’ Tripli, qal li kien inaċċettabbli li Serraj ikun preżenti fi Tripli. Il-Ġimgħa li għaddiet il-Gvern ta’ Tripli ddikjara stat ta’ emerġenza u ordna l-forzi tas-sigurtà fuq allert massimu minħabba l-possibbiltà li l-Gvern ta’ Serraj jipprova jidħol fil-Libja.
Jiżbarka fi Tripli l-Gvern ġdid
