U
Seif al-Din Mustafa tressaq quddiem qorti f’Larnaca wara li t-Tlieta ħataf ajruplan tal-Egyptair u se jinżamm arrestat għal tmint ijiem oħra hekk kif jitfasslu l-akkużi kontrih.
Dan fl-istess ħin li l-Eġittu talbet għall-estradizzjoni tiegħu skont ftehim li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi li kien sar fl-1996.
Mustafa, Eġizzjan, kien deskritt minn uffiċjali bħala persuna bi problemi mentali u l-ħtif ma kellu ebda rabta mal-mewġa ta’ terroriżmu ta’ bħalissa. Hu ħataf l-ajruplan wara li sostna li kellu ċinturin mimli splużiv u ġiegħel l-ajruplan jinżel fl-ajruport ta’ Larnaca.
Jidher li r-raġuni wara dan il-ħtif, li dam sitt sigħat, hi tilwima personali li għandu Mustafa, li għandu 58 sena, u l-eksmara Ċiprijotta tiegħu li tgħix f’Ċipru.
L-Eġittu jitlob għall-estradizzjoni
