Is-Soċjetà Filarmonika Vilhena, bil-kollaborazzjoni mal-Kurja Arċiveskovili, qed torganizza Velja ta’ Talb biex jingħata bidu għall-istaġun tal-Festi.
Il-Velja ta’ Talb se titmexxa mill-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles Scicluna u se tattendi għaliha wkoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Mistiedna speċjali għal din l-attività Każini tal-Baned, Gruppi u Kumitati tal-Armar tal-Festi u l-membri tagħhom.
L-attività ser ssir għada l-Ħamis bejn is-7pm u t-8pm quddiem il-Monument Kristu Re fil-Furjana.
//= $special ?>