Fost ċapċip minn dawk preżenti, Elize waslet b’suċċess sal-‘finish line’ f’fun run ta’ 1.2 kilometri. Minkejja d-diffikultà fil-mobbiltà, Elize ta’ 7 snin ma qatgħet qalbha xejn mill-isfida tal-fun run organizzata minn Pembroke Athleta.
Il-fun run, li saret dalgħodu, kellha distanza ta’ 1.2 kilometru u minkejja li Elize teħtieġ appoġġ biex tkun tista’ timxi, lestiet b’suċċess din l-avventura.
Elize twieldet b’kundizzjoni li minħabba fiha titlef il-bilanċ u għaldaqstant jkollha bżonn xi walker jew xi ħadd biex jgħinha timxi. Iżda dan ma żammx lil Elize milli tipparteċipa għall-ewwel darba fil-fun run ta’ dalgħodu.
Minħabba l-kundizzjoni li għandha, Elize tmur għat-terapija minn tal-inqas darba f’ġimgħa. Iżda Michael Bonnici (missier Elize) qal lil NETnews.com.mt li dan ma naqqas xejn mill-entużjażmu tat-tifla – tant li s-sena d-dieħla trid terġa’ tagħmilha!
//= $special ?>

