Internazzjonali

FL-AĦĦAR ĦIN: Splużjoni fix-xlokk tat-Turkija

Splużjoni li seħħet ftit tal-ħin ilu fit-Turkija qatlet talanqas erba’ pulizija waqt li ħalliet numru sostanzjali ta’ midruba.

Dan meta ħadd ma jaf l-identità tal-elementi li qiegħdu bomba qrib xelter għall-karozzi tal-linja fil-belt ta’ Diyarbakir fejn il-maġġoranza tar-residenti huma Kurdi.

L-isplużjoni seħħet meta vettura armata tal-pulizija kienet għaddejja mill-inħawi u dritt wara waslu fuq il-post numru ta’ ambulanzi u qawwiet tas-sigurtà Torok.

Mifhum li l-midruba fl-inċident jinkludu membri tas-sigurtà, bl-Armata, bħalissa, qed tikkonfronta ribelli Kurdi tal-grupp PKK fir-reġjun lejn ix-Xlokk tat-Turkija.