Lokali

Ħarsa lejn il-ġurnali tal-lum

IN-NAZZJON: l-Oppożizzjoni tisħaq li kieku ma kienx għal dħul ta’ darba, it-tkabbir ekonomiku tas-sena l-oħra kien ikun ta’ 1.2% u mhux 6.3%.

IN-NAZZJON jirrapporta wkoll dak li seħħ ilbieraħ meta ngħalaq l-aċċess għall-ajruport wara suspetti li f’karozza fl-inħawi seta’ kien hemm xi splużiv – dan wassal biex ingħalqu t-toroq li jwasslu għall-ajruport.

TIMES OF MALTA jiddedika l-ewwel faċċata tiegħu dwar storja li rrapport l-biraħ l-istess ġurnal kif priġunieri nisa ddisinjaw u ħietu purtieri u kostumi li ntużaw fl-attivitajiet taċ-CHOGM baqgħu mingħajr ħlas. B’ritratt fil-paġna ta’ quddiem bil-ġurnal jgħid li Michelle Muscat qed tiddefendi din l-iskema.

TIMES OF MALTA jirrapporta wkoll kif il-Membru Parlamentari Laburista Luciano Busuttil ċaħaq li huma l-avukat ta’ plejer żagħżugħ tal-football akkużat bi tbagħbis fil-logħoba ta’ bejn Malta u Montenegro

THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt li juri dak li seħħ ilbieraħ qrib l-ajruport wara suspett fuq bagalja suspettuża f’taxi.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport li jgħid li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għażel li jdur madwar mistoqsija diretta tal-ġurnal THE MALTA INDEPENDENT. Kien mistoqsi dwar jekk jaħsibx li vera dwar dak li qal l-Prim Ministru Joseph Muscat fi stqarrija, fejn saħa li salva lill-banek milli jfallu.

L-ORIZZONT titkellem dwar manuvri militari fil-Mediterran. Dan il-ġurnal jisħaq li l-preżenza militari fil-Mediterran se tkompli tiżdied dan hekk kif il-USS Kearsarge se titlaq mill-Golf Persjan u se tiġi fil-Mediterran