Fil-Birgu tkakkar il-31 ta’ Marzu 1979 f’ċelebrazzjoni ta’ tifkira mal-monument li jfakkar it-tmiem tal-bażi militari Ingliża f’Malta fl-1979. It-tifkira uffiċjali ħadet il-forma tradizzjonali bil-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ipoġġu kuruni tal-fjuri mal-monument.
Qabel tpoġġew il-kuruni, il-Banda tal-Forzi Armati Maltin għamlet marċ minn Pjazza Gavino Gulia f’Bormla sal-Monument fil-Birgu fejn ingħata s-salut uffiċjali lill-Presdient ta’ Malta u lill-Prim Ministru. Il-Presdient ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca spezzjonat ukoll Gwardja tal-Unur ta’ stakkamnet tal-Forzi Armati Maltin.
//= $special ?>