Lokali

Iweġġa’ gravi f’inċident b’mutur

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar fi Triq ir-Rabat fin-Nadur Għawdex, meta r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u baqa’ dieħel ġo hajt.

Ir-raġel, li għandu 48 sena ttieħed l-isptar fejn hemmek ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-incident għadhom għaddejjin.