Fi tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddefenda d-deċiżjoni li d-Deputat tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi jitressaq il-Qorti.
Joseph Muscat qal li l-każ kontra Jason Azzopardi infetaħ minn ċittadin privat u mhux mill-Gvern. Iżda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil b’risposta qal li Peter Paul Zammit mhuwiex “ċittadin privat”.
“Skuża fqira” qal Simon Busuttil fi tweet, filwaqt li qal li Peter Paul Zammit huwa persuna ta’ fiċuja tal-Prim Ministru u eks Kummissarju tal-Pulizija.
Dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil żvela li d-Deputat Jason Azzopardi se jitressaq il-Qorti, akkużat b’malafama; l-aħħar minn sensiela ta’ attakki fuq id-demokrazija.
L-aħħar darba li Membru tal-Oppożizzjoni tressaq il-Qorti kien fl-1979, jiġifieri 36 sena ilu.