Lokali

Kontra proġetti sportivi f’żoni ODZ

Il-Front Ħarsien ODZ isostni li kull proposta li ssir għal faċilitajiet sportivi fil-kuntest tal-liġi l-ġdida dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-għaqdiet sportivi għandha tikkunsidra l-aspett ambjetnali.

Fi stqarrija l-Front ODZ qal li mhux se jidħol fil-merti tal-kummerċalizzazzjoni tal-faċiliatjiet sportivi, iżda jinsab diżappuntat bin-nuqqas ta’ riferenza għall-aspett ambjentali fil-White Paper maħruġa mill-Gvern dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-entitajiet sportivi.

Il-Front ODZ ipprona li l-liġi tinkludi wkoll klawsola dwar l-impatt ambjentali li l-proġetti jista’ jkollhom. Fl-istqarrija l-Front qal li din il-klawsola għandha tkun tinkludi li dawn il-proġetti ma jkunux ikkunsidrati ta’ interess nazzjonali u għalhekk għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet kollha tal-ippjanar u ambjentali. Il-proposta tal-Front tinkludi wkoll li li l-ISPED tispeċifika li l-applikazzjonijiet ikunu aċċettati biss għal proġetti fiż-żona tal-iżvilupp. Il-liġi għandha tinkludi wkoll li l-applikazzjonijiet ikunu suġġett għal-liġijiet ambjentali kollha.