Lokali

L-Air Malta se tkompli topera t-titjiriet lejn u minn Dusseldorf minflok minn u lejn Brussell sal-Ħadd

Fi stqarrija l-Air Malta saħqet li minħabba li l-ajruport ta’ Brussell mistenna jibqa magħluq, l-Air Malta se tkompli topera t-titjiriet lejn u minn Dusseldorf minflok minn u lejn Brussell sa nhar il-Ħadd it-3 ta’ April. Awtomatikament, il-passiġġieri li huma bbukkjati sabiex jivvjaġġaw lejn Brussell qed jiġu bbukjati għat-titjira lejn Dusseldorf.

L-Air Malta qed toffri trasport bejn l-ajruport ta’ Brussell u ta’ Dusseldorf u viċi-versa. Passiġġieri bbukkjati fuq it-titjira lura lejn Malta għandhom ikunu f’Rue Achimede, 25, B-1000 fi Brussell sas-14:15, għat-trasferiment lejn l-ajruport ta’ Dusseldorf.

KM420 dep Malta 1710hrs arr Düsseldorf 2000hrs
KM421 dep Düsseldorf 2050hrs arr Malta 2335hrs