Lokali

Mijiet isellmu lil Anita: “il-mara bi tbissima ta’ anġlu”

Mijiet sellmu lil Anita Aquilina, mara ta’ 38 sena li sfortunatament tilfet il-ġlieda mal-kanċer.

Anita kienet magħrufa fost sħabha għall-passjoni li kellha biex tmur tgħin fil-missjoni. Ir-ritratti ta’ Anita fuq il-profil tagħha ta’ Facebook juri l-imħabba li kellha mhux biss għall-esperjenzi fil-missjoni, iżda anke l-imħabba lejn it-tfal u l-persuni li għenet fil-missjoni.

Fir-ritratti evidenti t-tbissima ta’ Anita. F’xita ta’ messaġġi fuq il-media soċjali, għexieren sellmu lil Anita u fakkru t-tbissima ta’ anġlu li kellha.

Fuq Facebook, l-organizazzjoni ‘Missio Malta’ sellmet lil Anita li kellha għal qalbha ħafna l-missjoni u kienet waħda mill-ewwel voluntiera żgħażagħ li telgħu għall-missjoni ma’ Missio.

Il-funeral ta’ Anita se jsir nhar is-Sibt fil-Knisja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi.

anitagd